المدة الزمنية 2:11

AKTAR RILAXX TA’ MIŻURI F’ATTIVITAJIET TAL-MASSA KKONTROLLATI

بواسطة ONE News Malta
739 مشاهدة
0
7
تم نشره في 2021/08/05

ONE.COM.MT • Intant fl-istess konferenza tal-aħbarijiet tħabbar ir-rilaxx tal-miżuri marbuta mal-attivitajiet u kif naqas l-obbligu ta’ kwarantina għal dawk li għandhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin u kienu f’kuntatt ma’ persuna li kienet pożittiva għall-virus. Insegwu. KITBA: SAMUEL LUCAS FILMAT: MFH / ARKIVJI F’konferenza tal-aħbarijiet b’rabta mal-Covid-19 f’pajjiżna, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li mis-16 ta’ Awwissu, in-numru ta’ persuni li jistgħu jattendu għall-attivitajiet tal-massa kkontrollati se jitla’ għal 300. Dan filwaqt li mit-30 ta’ Awwissu mbagħad in-numru ta’ kull cluster se jkun qed jitla’ għal 500. Il-Ministru spjega r-raġuni wara din id-deċiżjoni. CHRIS FEARNE DEPUTAT PRIM MINISTRU “Sa issa jidher li bil-150 u 200 ruħ ġo kull cluster is-sitwazzjoni fl-isptarijiet u fl-ITU’s tagħna, dejjem billi nżommu l-kawtela, baqgħu kontrollabbli u allura issa nistgħu mis-16 ta’ Awwissu nżidu l-cluster għal 300 u mit-30 ta’ Awwissu nżidu kull cluster għal 500.” Dwar dan ir-rilaxx, Chris Fearne spjega wkoll li l-attivitajiet se jibqgħu bl-istess protokolli u se jibqgħu miftuħin għal dawk biċ-ċertifikat tal-vaċċin jew riżultat negattiv għall-virus f’każ għal tfal ta’ bejn il-ħames snin u l-ħdax-il sena. Intant fl-istess konferenza tħabbar ukoll li mis-16 ta’ Awwissu wkoll, dawk biċ-ċertifikat tal-vaċċin u li kienu f’kuntatt ma’ persuna pożittiva, minflok jagħmlu kwarantina ta’ 14-il ġurnata issa se jkunu obbligati jagħmlu kwarantina ta’ sebat ijiem. Id-Deputat Prim Ministru spjega wkoll is-sitwazzjoni fl-Isptar Mater Dei. Ħabbar li bħalissa hemm 35 persuna rikoverati fl-isptar Mater Dei b’erba’ minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. CHRIS FEARNE DEPUTAT PRIM MINISTRU “Jidher ċar li dawk il-persuni li huma l-aktar morda serjament huma persuni li mhumiex imlaqqmin fil-fatt mill-erba’ persuni li għandna fl-ITU, tlieta minnhom mhumiex imlaqqmin fosthom mara li hija tqila u pregnant u l-persuna l-oħra li hija mlaqqma u li hija l-ITU hija persuna li għandha imuno-suppression.” Minn naħa tagħha s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci spjegat li ż-żieda fil-każijiet f’Lulju kienet attribwita għal persuni li ġejjin minn barra minn Malta. Fil-fatt 60% tal-każijiet kienu minn barranin li waslu f’pajjiżna. Issa l-Professur Gauci spjegat li dan il-persentaġġ niżel għal 20%.

الفئة

عرض المزيد

تعليقات - 0